Saturday, November 23, 2024

Id-ditti l-kbar ikomplu jqaċċtu aktar ħaddiema fl-Ingilterra… mal-5,000 ħaddiem jitlef xogħlu

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-miżuri ta’ lockdown li ttieħdu fl-Ingilterra ma kinux biżżejjed biex iwaqqfu t-telf ta’ xogħlijiet. Dan hekk kif diversi ħwienet ta’ ditti kbar komplew ikeċċu l-ħaddiema matul din il-ġimgħa. 

Matul il-ġurnata tal-bieraħ biss, kien hemm mas-600 post tax-xogħol li ntilfu. Fil-fatt, ilbieraħ. River Island ħabbar li qed inaqqas il-postijiet tax-xogħol u 350 persuna spiċċaw qiegħda. 

Anke l-kullna ta’ ħwienet tas-sushi Yo! ħabbret li se tnaqqas 250 post tax-xogħol, filwaqt li tagħlaq 19-il ristorant. 

Dan ifisser li qrib il-5,000 impjegat li jaħdmu ma’ ditti kbar tilfu xogħolhom f’ġimgħa. 

L-akbar daqqa ta’ ħarta f’daqqa kienet minn Debenhams, li keċċa 2,500 impjegat, filwaqt li għalaq 19-il ħanut. Kelliema għal Debenhams qalet li wara l-lockdown irnexxielhom jiftħu 124 ħanut u dawn mexjin aħjar minn kif kien mistenni. Però, qalet li n-negozju hu ħafna inqas minn kif kien normali u għalhekk qalet li l-ħwienet iridu jaddattaw għal aspettattivi ġodda. 

Barra dawn il-ħwienet, kien hemm ukoll lukandi, banek, ditti li jbigħu l-vjaġġi u attrazzjonijiet turistiċi li keċċew in-nies. 

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Ingliż juru li bejn Marzu u Lulju ntilfu mas-730,000 impjieg u s-sitwazzjoni mistennija tmur għall-agħar. 

Sport