L-edukaturi ta’ pajjiżna, aktar minn qatt qabel qegħdin jitkellmu fuq il-problema tad-dixxiplina fit-tfal u kif maż-żmien, din il-problema tad-dixxiplina fost it-tfal f’pajjiżna kompliet tikber. Mhux darba jew tnejn smaјna lil xi ħadd јgħid li t-tfal ‘jitilgħu skont kif jitrabbew’. Madanakollu dan l-argument mhux dejjem ireġi anki l-istess l-professjonisti jgħidu li dan m’huwiex dejjem il-każ.
Allura x’jistgħu jkunu r-raġunijiet biex it-tfal tal-lum qed ikunu inqas dixxiplinati milli kienu t-tfal ta’ dari? Din hija mistoqsija li tinħtieġ tweġiba psikoloġika u żgur li mhux se nkunu aħna li noħorġu bi tweġiba bħal din.
Illum issib min jgħidlek li hawn familji li għamlu minn kollox għal uliedhom, żammewhom fuq wiċċ l-idejn, edukawhom u tawhom kulma xtaqu, imma xorta dawn kellhom problema serja ta’ imġieba ndixxiplinata minn uliedhom. Dan jista jkun ikkawżat mill-fatt li l-ġenituri, għax kienu wisq lenjenti ma wliedhom, ma rnexxielhomx idaħħlu l-awto-kontroll f’uliedhom.
L-isfida tad-dixxiplina fit-tfal m’hiex sfida sempliċi jew sfida ta’ pajjiżna biss. Hemm ħafna xebħ mal-problemi li jinstabu lokalment meta wieħed jara x’qed jkiġri anki f’pajjiżi Ewropej. Hemm ukoll pajjiżi oħra li għandhom problemi ferm u ferm aktar serji minn tagħna.
Għalhekk huwa tajjeb li naraw x’qed jiġri f’pajjiżi oħra, xi problemi ta’ ndixxiplina qed jiffaċċjaw u kif qed jaffrontaw u jsolvu dawn il-problemi. Minn hekk nistgħu nitgħallmu aħna wkoll.
Huwa fatt innegabbli li r-responsabbilità ewlenija għal imġieba tajba mit-tfal hija tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri jinfurzaw fuq uliedhom regolamenti erratiċi u żbaljati, l-ulied jistgħu ma jieħdux id-dixxiplina bis-serjeta.
Hemm fatturi oħra wkoll li jinfluwenza l-imġieba tat-tfal. Fosthom il-problemi soċjali u n-nuqqas ta’ affezzjoni li jwasslu għar-ribeljoni fost it-tfal. F’dan il-qasam ukoll, għandna l-fehma li l-edukazzjoni u l-edukaturi għandhom irwol huma wkoll. Għaliex ħafna drabi, is-sistien ta’ mġieba tajba fit-tfal jinsabu fl-edukazzjoni li jieħdu t-tfal minn ċkunithom mhux biss mid-dar imma wkoll mill-klassi tal-iskola.
Nemmnu li biex tiġi indirizzata l-indixxiplina jeħtieġ taħlita ta’ soluzzjonijiet; trobbija soda iżda b’imħabba, edukazzjoni xierqa, appoġġ soċjali, u għarfien dwar is-saħħa mentali.
It-tfal għandhom bżonn fruntieri ċari biex jifhmu u jgħarfu t-tajjeb mill-ħażin. Ħafna drabi t-tfl jitgħallmu bl-eżempju, għalhekk il-ġenituri għandhom juru rispett, paċenzja u dixxiplina raġunata lejn uliedhom..