Saturday, December 21, 2024

Id-DPM iħabbar aktar rilaxx ta’ miżuri mis-6 ta’ Ġunju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Omar Farrugia rigward jekk hemmx pjanat li jkomplu jonqsu l-ftit restrizzjonijiet li baqa’, Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne wieġeb fl-affermattiv.

Fearne qal li hekk kif is-sitwazzjoni tal-pandemija baqgħet waħda stabbli, u n-numru tal-każi fl-isptarijiet u dawk fl-ITU baqgħu neżlin, jistgħu jkomplu jitneħħew uħud mill-ftit restrizzjoniijiet li baqa’.

Il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li mill-ewwel Tnejn ta’ Ġunju se jitneħħa l-obbligu li tfal ta’ taħt it-12-il sena jkollhom PCR test negattiv biex jivjaġġaw lejn Malta. 

Barra minn hekk, mis-6 ta’ Ġunju se titneħħa wkoll ir-restrizzjoni tad-distanza soċjali fic-childcare centres biex dawn ikunu jistgħu joperaw skont il-liċenzja tagħhom.

Ekonomija

Sport