Monday, April 29, 2024

Id-DPM iħabbar aktar tnaqqis ta’ miżuri inklużi dawk tad-distanza soċjali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jiddiskuti dwar is-settur tas-saħħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li bil-mod il-mod pajjiżna jista’ jkompli jnaqqas il-miżuri.

B’hekk minn għada se jkunu qed jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikati tat-tilqim taċ-Ċili, l-Kolumbja, l-Ażerbajġan, l-Libja, il-Ġappun u l-Oman ma’ dawk li diġà jinsabu fil-lista tal-pajjiżi aċċettati.

Wara l-attività pilota u li ġew analizzati t-testijiet tagħha, mill-1 ta’ Novembru dawk il-lokalitajiet (inklużi ristoranti u tiġijiet), li jaċċettaw biss persuni adulti jew tfal taħt it-12-il sena li jkunu bilqiegħda u bil-maskra, sa massimu ta’ 300 persuna mhux se jibqgħu japplikaw ir-regoli tad-distanza soċjali. Jekk din il-miżura ma tagħtix lok għal żieda fil-każijiet se jkun ikkunsidrat li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu adattati għal attivitajiet li mhumiex seated.

Sport