Tuesday, December 24, 2024

Id-DPM jieħu l-booster u jħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel bħalu

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, flimkien mal-kelliem għas-saħħa tal-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri, ħadu d-doża addizzjonali kontra l-Covid-19, dik li tissejjaħ booster.

F’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru qal li l-vaċċin ipproteġina matul is-Sajf u l-Ħarifa u l-booster se jipproteġina matul ix-Xitwa. Għalhekk, ħeġġeġ lil kulħadd biex meta jasal l-appuntament tiegħu, jagħmlu bħalu u jaċċettaw l-istedina biex jieħdu l-booster kontra l-Covid-19.

Sal-bieraħ filgħaxija ngħataw 99,506 dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport