Wednesday, December 25, 2024

Id-DPM jinawgura apparat sofistikat għall-iscans tal-qalb b’investiment ta’ €700,000

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tas-Saħħa flimkien ma’ Mater Dei ssieħeb fi proġett li sewa €700,000 biex f’Mater Dei ikollna waħda mill-iktar magni sofistikati li tista’ tagħmel scan fuq il-qalb. Permezz ta’ dan il-proġett, il-pazjenti se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn wieħed mill-aqwa apparati sofistikati fid-dinja; Mater Dei huwa wieħed minn tliet sptarijiet fid-dinja li għandu din il-magna. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Iktar kmieni llum, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, inawgura apparat sofistikat li permezz tiegħu se jkun qed jingħata servizz aħjar fil-gama scans. Huwa spjega li s-servizz tal-gama camera ilu jeżisti għal numru ta’ snin u li mis-sena li għaddiet saru iktar minn 6,500 scan fuq il-pazjenti li ħafna drabi jkollhom kundizzjonijiet serji. Dawn l-iscans isiru sabiex l-ispeċjalisti jkunu f’pożizzjoni li jagħtu l-aħjar trattament lill-pazjenti.

Fearne fisser li l-gama scan apparti li tara l-anatomija tal-bniedem (kif inhu magħmul il-ġisem) tkun tista’ tara l-funzjoni wkoll (kif jaħdem il-qalb, il-fwied, u l-organi l-oħra). Matul is-snin, aktar min-nofs l-iscans bdew isiru biex jaraw kif qed taħdem il-qalb.

Id-Deputat Prim Ministru sostna li permezz ta’ avvanzi li saru fuq il-gama cameras f’dawn l-aħħar snin, illum kapaċi jagħmlu testijiet fuq il-qalb b’iżjed ċarezza, f’temp iqsar ta’ ħin u b’inqas raġġi. Vantaġġi oħra li ssemmew mit-tabib Samuel li kien preżenti għal din il-konferenza huma li d-dijanjożi li ssir tkun iżjed preċiża u li f’sitwazzjonijiet ta’ pazjenti li ġejjin minn Għawdex, permezz ta’ dil-magna l-ġdida ma jkollhomx għalfejn jiġu darbtejn għax jistgħu jinqdew f’darba. Barra minn hekk, Fearne ħabbar li l-waiting list ta’ qabel ma nġiebet din il-magna kienet ta’ erba’ xhur filwaqt li issa nżilna għal waiting list ta’ xahar.

Dan huwa xhieda ta’ kemm il-Gvern irid jinvesti fil-poplu tagħna biex nibqgħu f’livell ta’ eċċellenza … dejjem irid ikollna l-iktar makkinarju avvanzat, u llum permezz ta’ dal-makkinarju ħa nkomplu nagħtu l-aħjar kura possibbli,” saħaq Fearne.

Ekonomija

Sport