Id-Deputat Prim Ministru Ukrena, Iryna Vereshchuk, talbet lir-Russja sabiex dawk ir-residenti Ukreni li jinsabu fil-fabbriki tal-azzar f’Mariupol jitħallew jitilqu minn hemm mill-iktar fis possibbli.
Bħalissa hemm madwar 1,000 ċittadin/a u 500 suldat midruba fl-impjant ta’ Azovstal. Vereshchuk saħqet fuq l-importanza li dawn jitħallew joħorġu ‘l barra minn Azovstal b’mod immedjat.
Vereshchuk qalet dan hekk kif iżjed kmieni llum il-President Russu Vladimir Putin ta ordni lill-forzi Russi biex ma jattakkawx l-impjant ta’ Azovstal u minflok jgħassuh b’tali mod li l-ebda persuna ma titħalla toħroġ minn hemmhekk.