Wednesday, September 10, 2025

Id-dritt li jintesa l-passat mediku għal dawk li jfiqu mill-kanċer

Aqra wkoll

Qed tiġi proposta inizjattiva leġislattiva f’Malta biex tiġi żgurata li persuni li fiequ mill-kanċer ma jibqgħux jiġu diskriminati tul ħajjithom kollha minħabba l-passat mediku tagħhom tal-passat.

L-inizjattiva qed tiġi mmexxija mill-Membru Parlamentari Amanda Spiteri Grech, li enfasizzat li wasal iż-żmien biex is-soċjetà tirrikonoxxi d-dinjità ta’ persuni mfejqa mill-kanċer u tiżgura li ma jiġux ittimbrati għal ħajjithom kollha għal marda li diġà għelbu.

Minkejja l-progress sinifikanti fil-mediċina u fl-eżiti tat-trattament, ħafna individwi li għelbu l-kanċer jibqgħu jħabtu wiċċhom ma’ ostakli inġusti snin wara li jkunu fiequ.

Persuni mfejqa, spiss jiltaqgħu ma’ diskriminazzjoni fl-impjieg kif ukoll fl-aċċess għal servizzi finanzjarji, inkluż ħlas ogħla tal-poloz tal-assigurazzjoni jew saħħansitra rifjut —anke jekk jkunu kompletament mfejqin b’ ħajja stabli. “Din hija kwistjoni ta’ ġustizzja u dinjità,” qalet Amanda Spiteri Grech.

“La darba esperti mediċi jikkonfermaw li pazjent huwa mfejjaq, dan għandu jirrifletti kif issoċjetà u l-istituzzjonijiet jittrattawhom.” X’qed ikun Propost? • Id-Dritt li Jintesa l-Passat Mediku: Wara perjodu ta’ preskrzzjoni mill-aħħar trattament, persuni mfejqa mill-kanċer ma jkollhomx għalfejn jiddikjaraw il-passat mediku tagħhom għal skopijiet ta’ servizzi finanzjarji u impjieg.

• Perjodi ta’ Preskrizzjoni: o 10 snin għal adulti (21+) o 5 snin għal dawk li rċevew dijanjosi u ġew trattati qabel l-età ta’ 21sena

• Mezz ta’ Reviżjoni: Bord speċjali ta’ reviżjoni, magħmul minn żewġ professjonisti mediċi u avukat, se jistabilixxi meta mitlub, l-aħħar data tat-trattament u jiżgura applikazzjoni ġusta tal-liġi.

Nitgħallmu mill-Ewropa Pajjiżi Ewropej oħra—bħal Belgju, Franza, Spanja, Rumanija, l-Italja, l-Olanda, u Ċipru—diġà implimentaw liġijiet simili, b’perjodi ta’ preskrizzjoni li jvarjaw bejn 5 u 10 snin.

Malta issa għandha tingħaqad magħhom biex tneħħi dawn l-ostakli finanzjarja u soċjali. Konsultazzjoni Pubblika Din il-proposta hija miftuħa għal konsultazzjoni pubblika sat-26 ta’ Settembru 2025. Kulħadd huwa mistieden jibgħat x’jaħseb fuq: 󓧠[email protected]

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport