Il-ħidma mid-Dipartiment tad-Dwana kontra l-ħasil ta’ flus kompliet matul ix-xahar ta’ Frar fejn ġew interċettati erba’ każi ta’ flus mhux dikjarati.
It-total ta’ flus mhux dikjarati kien jammonta għal €75,042. Fi tlieta mill-każi, li kienu jammontaw għal €39,028, il-persuni involuti qablu dwar ftehim barra mill-Qorti u ġew immultati €4,589 bejniethom.
Il-każ l-ieħor waħdu kien jammonta għal €36,014 u l-persuna relatata ttieħdet fil-Qorti u sussegwentament ingħatat multa ta’ €14,357.70.
Id-Dipartiment tad-Dwana qabdet ukoll sitt Kilogrammi Kannabis u 108 ifliexken tal-inbid f’żewġ każi separati oħra.