Wednesday, October 9, 2024

Id-Dwana b’sejba ta’ €30,373 fi flus kontanti mhux dikjarati

Aqra wkoll

Rumen fi Triqtu lejn Sqallija li twaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana waqt spezzjonijiet għal għarrieda fit-terminal tal-vapuri nstab li kien qiegħed iġorr €11,445 fi flus mhux dikjarati waqt li kien fi triqtu lejn Sqallija.

Minn spezzjonijiet oħra fl-ajruport, il-kelb tad-Dwana Charlie xamm total ta’ €18,928 fi flus mhux dikjarati fuq persuni li kienu se jħallu pajjiżna. Svediż fi triqtu lejn it-Turkija saritlu tfittxija wara li Charlie ta indikazzjoni ta’ suspett fuqu. Għall-ewwel huwa qal li kien qiegħed iġorr €15,000, iżda minn tfittxija li saret fuqu rriżulta li kien qiegħed iġorr total ta’ €18,928.

Iż-żewġ passiġġieri laħqu ftehim barra mill-qorti u ġew immultati rispettivament.

Sport