Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qed ipoġġi għall-bejgħ b’tender diversi affarijiet.
Fi stqarrija kminei dalgħodu, id-Dwana qalet li se tkun qed tbigħ 48 lott ta’ nbejjed u prodotto alkoħoliċi, 22 lott ta’ skrataċ, 12-il lott ta’ ħwejjeġ, 17-il lott ta’ żraben, u sitt lottijiet ta’ aċċessorji elettroniċi.
Fost affarijiet oħrajn għall-bejgħ hemm xaft ta’ dgħajsa, ħajt tal-ħjata, tazzi tal-plastik, kutri, basktijiet tat-tfal, sinkijiet u injam.
Tenders se jkunu qed jintlaqgħu fi Newport Bonded Stores, fit-taqsima tal-irkantijiet, fil-Marsa, bejn it-23 u s-26 ta’ Novembru mit-8.00 a.m u nofsinhar, u s-1.00 p.m. u l-4.00 p.m. Fis-27 ta’ Novembru tenders se jkunu jistgħu jintefgħu bejn it-8.00 a.m. u nofsnhar.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21237209.