Total ta’ €51,988 fi flus kontanti mhux iddikjarati ġew interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul ix-xahar ta’ Ottubru.
Il-flus kontanti ġew interċettati f’erba’ każijiet separati fejn Russu, żewġ Ukreni u raġel Libjan, li kienu sejrin lejn Istanbul, instab li kienu qed iġorru ammonti sostanzjali ta’ flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġieri kollha laħqu ftehim barra l-Qorti u ngħataw multa.
Minn Jannar li għadda sa issa, id-Dwana ta’ Malta interċettat total ta’ €750,204 fi flus kontanti mhux iddikjarati fi 52 każ separat.