Sudaniż li kien sejjer lejn Istanbul instab li kien qed iġorr €16,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li huwa nstab li kien qiegħed iġorr dawn il-flus fil-ħwejjeġ li kien liebes.
Il-passiġġier qal li mill-ammont sħiħ, €5,200 biss kienu tiegħu. Huwa qal li l-kumplament tal-flus kienu ta’ żewġt irġiel Sudaniżi oħra.
L-Uffiċjali tad-Dwana offrew lill-passiġġier ftehim barra l-Qorti u ngħata multa.