Sunday, December 22, 2024

Id-Dwana tikkonfiska aktar minn €80,000 mingħand passiġġier fi triqtu lejn l-Istanbul

Aqra wkoll

Id-Dwana lbieraħ ikkonfiskat eluf ta’ ewro mingħand raġel b’passaport Ingliż li kien se jaqbad titjira lejn Istanbul.

Fi stqarrija maħruġa, id-Dwana qalet li r-raġel mar fid-‘Departures Office’ tad-Dwana fl-MIA minn jheddu, u ssottometta dikjarazzjoni li kien qiegħed iġorr €81,220 u  £165.

Intqal li meta ġie mistoqsi minn fejn ġab il-flus u kif kien beħsiebu jużahom, l-uffiċjali ma kinux konvinti bir-risposta tiegħu.

Minħabba din ir-raġuni, il-flus ġew ikkonfiskati, filwaqt li l-FIAU, it-Taqsima tar-Reati Finanzjarji tal-Pulizija u awtoritajiet oħra kienu infurmati bil-każ.

Ekonomija

Sport