Friday, December 13, 2024

Id-WBRU tiċħad li l-kaċċa fir-rebbiegħa mhix qed timxi b’konformità mar-rekwiżiti

Aqra wkoll

It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni dwar l-Għasafar Selvaġġi (WBRU) ċaħdet l-allegazzjonijiet li l-kaċċa fir-rebbiegħa mhix qiegħda timxi b’konformità mar-rekwiżiti tad-direttiva dwar l-għasafar.

Id-WBRU qalet li hija mhux biss issegwi l-limitu ta’ kemm jistgħu jinqabdu għasafar, iżda għandha tim ta’ uffiċjali li jaraw regolarment l-andament tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa flimkien mal-Pulizija.

It-taqsima kompliet li din l-informazzjoni u aktar informazzjoni miġbura minnhom dwar l-influss tas-summiena  u l-gamiema fil-gżejjer Maltin turi li hemm realtà differenti minn dik impenġija fi stqarrijiet oħrajn pubbliċi.

Ekonomija

Sport