Friday, December 13, 2024

Iddaħħlet f’kontejner fl-Ingilterra l-ikbar brimba valenuża

Aqra wkoll

L-ikbar brimba velenuża fid-dinja nstabet f’Hull fl-Ingilterra wara vjaġġ ta’ 5,000 mil bil-baħar. Din il-brimba, indiġena tal-Awstralja, waslet f’East Yorkshire wara li daħlet f’kontejner fuq vapur miċ-Ċina.

Il-gdim minn din il-brimba, b’riġlejn twal sa 12-il pulzier, mhuwiex fatali għall-bnedmin iżda jistgħu jikkawżaw uġigħ ta’ ras, remettar u palpitazzjonijiet tal-qalb.

Dwar din is-sejba, ġew imsejħa uffiċjali mill-RSPCA li eventwalment qabdu u neħħew il-brimba minn fejn kienet.

Mhux l-ewwel darba li r-Renju Unit iltaqa’ ma’ xi brimb tal-biża’. Is-sena li għaddiet rat żieda fl-għadd ta’ brimb magħruf bħala Fake Black Widow kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Irlanda. Il-brimb Fake Black Widow mhux probabbli li jigdmu bnedmin sakemm ma jiġux ipprovokati jew aġitati, iżda jistgħu jikkawżaw sintomi serji, li jvarjaw minn tnemnim, nefħa severa u skumdità, għal sensazzjonijiet ta’ ħruq u uġigħ fis-sider.

Studenta u kowċ tal-futbol kważi mietu wara li ngidmu minn Fake Black Widow, filwaqt li mara oħra ddaħħlet l-isptar tliet darbiet wara li ngidmet fuq it-tojlit.

L-Ekoloġista Graeme Skinner qal lil Metro.co.uk li l-ispeċi ta’ brimb li jinstabu fir-Renju Unit huma ġeneralment ‘mistħija’. Qal ukoll li anke Fake Black Widow mhumiex aggressivi u huma biss annimali żgħar f’dinja kbira.’

Ekonomija

Sport