Friday, April 18, 2025

Iddentifikat is-sewwieq tal-mutur li jinsab fil-periklu tal-mewt

Godfrey Camilleri li l-uffiċjal ta’ Transport Malta li weġġa’ fis-sigħat li għaddew

Aqra wkoll

Il-Ministru Chris Bonett f’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali kiteb li “ħsibijieti ma’ Godfrey Camilleri u l-familjari tiegħu wara li kien involut f’inċident waqt il-qadi ta’ dmirijietu bħala uffiċjal tal-infurzar dal-lejl waqt il-mixja ta’ Puttinu.

Grazzi lilu u lill-uffiċjali kollha tas-servizz siewi li jagħtu lill-pajjiż. Nixtieqlu fejqan ta’ malajr u ritorn mhux il-bogħod ġewwa Transport Malta.”

Qal li dalgħodu tkellem mal-familjari tiegħu fejn għaddilhom is-solidarjetà u l-appoġġ kollu tal-Gvern.

Intant Transport Malta f’messaġġ separat kiteb li “talbitna u ħsibijietna mal-uffiċjal tagħna tas-sezzjoni tal-muturi tal-infurzar Godfrey Camilleri li weġġa gravi f’inċident bil-mutur waqt il-qadi ta’ dmirijietu sabiex Transport Malta tassisti fil-mixja ta’ Puttinu Cares.  Transport Malta tinsab f’kuntatt mal-familja sabiex tagħti l-appoġġ kollu meħtieġ f’dawn il-mumenti diffiċli.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport