Saturday, October 26, 2024

Iddentifkat il-post li fih se tinfetaħ il-Berġa tas-Saħħa f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Scott Camilleri – is-Sindku ta’ Birżebbuġa – qal li flimkien ma’ delegazzjoni mid-dipartiment tal-Primary HealthCare Malta żaru l-post fejn se tkun qed tinfetaħ il-Berġa tas-Saħħa f’Birżebbuġa.

Is-Sindku sostna li wara xhur ta’ ħdima kbira, negozjati u diskussjonijiet kien iddentifikat il-post li fih se tkun qed tinfetaħ il-Berġa tas-Saħħa. Camilleri qal li dan il-post ġie mikri u jinsab fiċ-ċentru tal-lokalità.

Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jibdew xogħlijiet infrastrutturali biex dan il-post jiġi attrezzat sew.

Is-Sindku qal li jinsab sodisfatt u emozzjonat li wara tant xogħol minn wara l-kwinti sar l-ewwel pass importanti. Sostna li issa jmiss li jibdew ix-xogħlijiet interni u anke l-proċess ta’ ċertifikazzjoni.

Hu rringrazzja lid-dipartiment tal-Kura Primarja, lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u lill-kunsiellera kollha tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Sport