Friday, December 13, 2024

Iddikjarat stat ta’ emerġenza f’Ottawa minħabba dimostrazzjonijiet

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-belt Kanadiża ta’ Ottawa Jim Watson iddikjara stat ta’ emerġenza bħala risposta għal iktar minn ġimgħa ta’ protesti kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Dawn il-protesti qegħdin isiru minn dawk li jsuqu t-trakkijiet l-kbar tal-ġarr tal-prodotti. 

Watson qal li l-belt tinsab “kompletament bla kontroll” hekk kif id-dimostranti jammontaw għal iktar min-numru ta’ pulizija. Huwa tenna li d-dimostranti huma ta’ theddida għas-sigurtà pubblika. 

Watson kompla jgħid wkoll li qalb dawn il-protesti kien hemm każijiet ta’ attakki razzjali. Fil-preżent iċ-ċentru ta’ Ottawa jinsab ipparalizzat b’għadd ta’ vetturi u tinded li qed jimblukkaw toroq arterjali. 

Dak li ġie mlaqqam bħala “l-Convoy tal-Libertà” kien qam wara l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li tgħid li s-sewwieqa ta’ dawn it-trakkijiet iridu jkunu mlaqqma bilfors biex ikunu jistgħu jaqsmu l-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Kanada. Din il-liġi kienet daħlet xahar ilu. 

Ekonomija

Sport