Tuesday, July 1, 2025

Idenetifikat l-għaddas li tilef ħajtu

Aqra wkoll

Dione Galdes hu l-għaddas li tilef ħajtu traġikament waqt li kien qiegħed jiprattika l-għadds fiċ-Ċirkewwa.

Calypso Subaqua Club kitbu li Dione kien bniedem ta’ fiduċja u bniedem kalm li jagħmilha faċli biex wieħed jaħdem miegħu.

Aktar kmieni: Imut l-għaddas li sab ruħu f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa

Raġel ta’ 59 sena mill-Iklin tilef ħajtu wara li jumejn ilu sab ruħu f’diffikultà meta kien jogħdos fiċ-Ċirkewwa.

Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tad-9am.

Ir-raġel ittella’ mill-baħar minn xi nies. Huwa beda jingħata l-assistenza medika u ftit wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Huwa kien f’qagħda kritika u sfortunatament miet jumejn wara.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Ian Farrugia li ħatar inkjesta Maġisterjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport