Monday, March 2, 2026

Identifikat il-vittma li tilef ħajtu traġikament dalgħodu

Aqra wkoll

Robert Micallef ġie ddentifikata bħala l-ħaddiem jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn forklifter dalgħodu.

Hu miet fl-età ta’ 34 sena.

Aktar kmieni: Ħaddiem jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn forklifter

Raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi, tilef ħajtu meta ntlaqat b’forklifter li kien qed juża f’maħżen, fil-limiti tan-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am, fi Triq Burmarrad.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D li fetaħ inkjesta, kif ukoll il-Police Support Response team.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport