Monday, December 23, 2024

IDENTIFIKAT IL-VITTMA TAL-INĊIDENT B’MUTUR TAL-ĦART F’ĦAL FAR

Aqra wkoll

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu fi triqithom lejn l-istazzjon tagħhom f’Ħal Far innutaw sitwazzjoni li qanqlitilhom suspett.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 meta l-uffiċjali nnutaw mutur tal-ħart li kien qiegħed jaħdem waħdu f’għalqa.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li r-raġel; ta’ 51 sena mill-Imqabba, kien qiegħed jagħmel xi xogħol meta għal xi raġuni nqabad mill-istess mutur li kien qiegħed jaħdem bih.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet kawża tal-ġrieħi li sofra.

B’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport