Sunday, November 24, 2024

Identifikat il-vittma tal-inċident fatali f’sit tal-kostruzzjoni fir-Rabat

Aqra wkoll

Mohammed Kasem Hashem Alkhateeb huwa l-aħħar vittma ta’ inċident fatali fuq il-post tax-xogħol wara li ftit tal-jiem ilu kien involut f’inċident fi Triq Alessandro Curmy, ir-Rabat.

Is-Sirjan ta’ 26 sena residenti Bormla sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem. 

B’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tiegħu ftit tal-ħin ilu, bosta kienu dawk li kkummentaw u qalu li l-velja tal-lejla għandha tfakkar ukoll lil dan il-ħaddiem.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport