Amadou Sawaneh ġie indentifikat bħala l-vittma tal-inċident li seħħ ilbieraħ fiż-Żona magħrufa bħala Ħas-Saptan, limiti ta’ Ħal Għaxaq.
Ir-raġel mill-Gambja ta’ 46 sena miet wara li naqabad bejn cherry picker u s-saqaf tal-post li fih kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.
L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol ġiet infurmata bil-każ u minnufih bdiet l-investigazzjoni.
Il-Pulizija għadha għaddejja wkoll bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.