Saturday, December 21, 2024

Identifikat ir-raġel li miet ilbieraħ f’fabbrika fix-Xewkija

Aqra wkoll

Lorry Zerafa ta’ 49 sena huwa l-ħaddiema li lbieraħ għall-ħabta tas-7.10 p.m miet fil-fabbrika ta’ Magro Brothers fix-Xewkija Għawdex.

Jidher li Zerafa kien qiegħed iħaddem xi skip loader meta għal xi raġuni spiċċa nqabad bejn il-gabina tat-trakk u ħajt.

Fil-post issejħu minnufih tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li se tkun qiegħda tistabbilixxi x’wassal għal mewt ta’ Zerafa.

L-investigazzjoni min-naħa tal-pulizija qed titmexxa mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

Sport