Wednesday, December 25, 2024

Identifikat ir-raġel li miet wara li waqa’ t-taraġ fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Ir-raġel li sfortunatament tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi serji li sofra aktar kmieni llum ġie identifikat bħala Anthony Farrugia.

Il-Mellieħi ta’ 62 sena ngħata l-ewwel assistenza minn tim mediku wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu hu u jġorr xi affarijiet. Skont informazzjoni li kiseb Talk.mt jidher li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza tiegħu stess.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

5:30 p.m: Imut ir-raġel li waqa’ t-taraġ fil-Mellieħa

Il-Pulizija fi stqarrija maħruġa minnha kkonfermat li r-raġel li aktar kmieni dalgħodu ddaħħal l-Isptar bi ġrieħi serji sfortunatament kien tilef ħajtu.

1:00 p.m: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ fil-Mellieħa

Raġel iddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident f’residenza fi triq Pietru Pawl Caruana fil-Mellieħa.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 62 sena mill-Mellieħa kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ t-taraġ hu u jġorr xi affarijiet.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-ewwel assistenza sakemm ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport