Sunday, November 24, 2024

Identifikat ir-raġel li tilef ħajtu llum fil-Fgura

Aqra wkoll

Yousef Borda huwa r-raġel ta’ 48 sena li aktar kmieni llum tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari mir-residenza tiegħu fil-Fgura.

“Ma nistgħux nemmnu dak li ġara… Kont niggustak tidħak u tieħu pjaċir u tferraħ kull fejn tkun,” kitbet persuna fuq il-midja soċjali li kienet ħbieb mal-vittma.

Jidher li l-vittma ssakkar barra u pprova jinżel minn fuq il-bejt għall-gallarija, iżda għal xi raġuni waqa’ u tilef ħajtu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Sport