Is-sewwieq żagħażugħ li huwa l-aħħar vittma ta’ inċident tat-traffiku ġie identifikat bħala Andrea Alamango.
Huwa tilef ħajtu wara li tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.30 kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Gżira.
Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Ħal Luqa għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, ħabat ma’ lqugħ li hemm fil-ġenb tat-triq u nqaleb.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ħadu liż-żagħżuħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema għadhom għaddejjin.