Mill-Investigazzjonijiet li saru b’rabta mal-qtil doppju fil-Marsa, l-allegat agressur kien identifikat bħala raġel mill-Ghana ta’ 34 sena li joqgħod f’parti oħra tar-razzett fejn seħħ id-delitt. Tard waranofsinhar ġie ukoll ikkonfermat li r-raġel ma ġarrabx ġrieħi.
Waqt l-investigazzjonijiet ġie kkonfermat ukoll li ż-żewġ persuni li assistew sabiex jitwaqqaf l-agressur, mara u raġel minn Nigeria jgħixu ukoll fl-istess razzett.
Irriżulta wkoll li l-arma li allegatement intużat hija mqass kbir li jintuża bħala għodda.
L-inkjesta Maġisterjali kif ukoll l-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.