Sunday, December 22, 2024

Identifikata t-tfajla li tilfet ħajjitha wara li waqa’ il-blat fuqha f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li l-persuna li tilfet ħajjitha wara li waqa’ fuqa xi blat mill-irdum, hija Mirabelle Falzon, tfajla ta’ 22 sena residenti s-Siġġiewi.

Aktar kmieni: Tfajla ta’ 22 sena titlef ħajjitha wara li waqa’ il-blat fuqha f’Wied il-Għajn

Tfajla ta’ 22 sena residenti s-Siġġiewi, sfortunatament tilfet ħajjitha wara li waqa’ fuqha xi blat mill-irdum, waqt li kienet qrib il-baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 p.m, fl-inħawi magħrufa bħala l-Munxar
fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejħu wkoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, imma sfortunatament ġiet
iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Aktar kmieni: Mara l-Isptar wara li ċeda l-blat fuqha f’Marsaskala

Mara li sa issa l-identita’ tagħha għadha mhix magħrufa ttieħdet l-Isptar wara li aktar kmieni kienet inovluta f’inċident fil-bajja ta’ Marsaskala.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li l-mara kienet qiegħda fil-baħar u waqgħet blata, bil-konsegwenza lil-vittma spiċċat maqbuda taħtha.

Kelliem għall-Pulziija kkonferma ma’ dan is-sit, li l-vittma ttellgħet fuq il-blat sabiex tingħata għajnuna medika minn tim mediku li sejjaħ fuq il-post. Il-vittma ngħatat c-CPR fuq il-post u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Fuq il-post issejjħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Iktar informazzjoni malli taslilna …

Ekonomija

Sport