Thursday, November 13, 2025

Identifikati 613-il sit ieħor fejn jistgħu jsiru charging pillars ġodda

Aqra wkoll

Ġew identifikati 613-il sit ieħor fejn jistgħu jsiru charging pillars ġodda b’żewġ charging points kull wieħed. Dan ħabbritu fil-Parlament il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli waqt li kienet qiegħda twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Graziella Galea.

Il-Ministru Dalli qalet li bħalissa hawn 408 charging points imxerrdin madwar Malta u Għawdex li huma responsabbiltà tal-Energy and Water Agency. 

“Barra minn hekk, ġew identifikati 613-il sit ieħor fejn jistgħu jsiru charging pillars ġodda b’żewġ charging points kull wieħed. F’numru ta’ siti minn dawn, diġà qed isir ix-xogħol infrastrutturali u l-preparamenti elettriċi meħtieġa, filwaqt li qed jitħejjew iktar sejħiet għall-offerti biex ikun jista’ jsir ix-xogħol infrastrutturali fis-siti kollha,” temmet tgħid il-Ministru Miriam Dalli. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport