Iż-żewġ persuni li nqatlu fl-attakk tal-Ħamis li għadda qrib sinagoga f’Manchester ġew identifikati bħala Adrian Daulby ta’ 53 sena u Melvin Cravitz ta’ 66 sena. Tliet persuni oħra weġġgħu serjament f’dan il-każ.
L-attakk kien jinvolvi karozza li nstaqet fid-direzzjoni tal-membri tal-pubbliku u sussegwentement is-sewwieq ħebb għal diversi persuni b’sikkina.
Il-Pulizija ta’ Manchester identifikaw lill-allegat aggressur bħala Jihad Al-Shamie ta’ 35 sena, li huwa ta’ dixxindenza Sirjana. Ġie rrapportat li huwa nqatel fuq il-post b’tiri ta’ arma tan-nar mill-uffiċjali.
Membri tal-Bomb Disposal Unit ukoll marru fuq il-post minħabba “oġġetti suspettużi” li ntlemħu madwar il-qadd tas-suspett, iżda aktar kien ikkonfermatt li l-apparat ma kienx vijabbli.
Il-Pulizija qalu wkoll li tliet suspettati oħra ġew arrestati fuq allegat suspett ta’ kummissjoni, tħejjija u instigazzjoni ta’ atti terrorisiċi. Il-persuni arrestati huma żewġt irġiel li għandhom aktar minn 30 sena u mara li għandha ’l fuq minn 60 sena.