Saturday, December 14, 2024

Idħol fid-dinja l-ġdida ta’ Spider-Verse ma’ Burger King®

Burger King® b’esperjenza esklużiva madwar id-dinja bit-tema ta’ Spider-Verse f’kollaborazzjoni mal-film mistenni ta’ Sony Pictures Animation, Spider-Man™: Across the Spider-Verse

Aqra wkoll

Qed tħosshom fik is-sensi ta’ Spider-Man? Mal-Burger King® żgur se tħossok parti minn Spider-Man™: Across the Spider-Verse bis-saħħa tal-esperjenza unika marbuta ma’ dan il-film tant mistenni madwar id-dinja. Se jkun hemm edizzjoni limitata tal-King Jr.™, li se tinkludi ġugarell b’avventuri diġitali bl-augmented reality (AR), innovazzjonijiet fil-menù, u affarijiet oħra relatati fir-restoranti ta’ Burger King®.

Mill-bidu ta’ Mejju, qabel ma jibda jintwera dan il-film ta’ Sony Pictures Animation fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju, il-klijenti ta’ Burger King® se jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse b’ikla King Jr.™ minn għadd ta’ restoranti ta’ Burger King f’pajjiżi differenti. Il-King Jr. se toħroġ f’edizzjoni limitata b’sitt ġugarelli li jirrappreżentaw xeni differenti mill-film u esperjenza unika ta’ AR. Meta tiskennja l-kodiċi QR ta’ fuq kull pupu tkun tista’ tagħżel avventura diġitali, toħloq avatar u taqsamha mal-oħrajn, jew issir parti mid-dinja ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse minn sit li jaħdem bl-AR. Kull ġugarell idaħħlek f’sit differenti ta’ esperjenzi x’tesplora bl-AR.

L-esperjenza ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse fir-restoranti ta’ Burger King
Ir-restorant ta’ Burger King f’Raħal Ġdid se jittrasforma d-dar tal-Whopper f’restorant bit-tema ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse u se jinkludi għadd ta’ esperjenzi uniċi, bħal opportunitajiet ta’ teħid ta’ ritratti u rebħ ta’ premjijiet sbieħ.

Bárbara Régis, il-Kap Globali tal-Programm King Jr. ta’ Burger King, qalet li: “Bħalma qal Uncle Ben innifsu – akbar m’int, akbar hemmek. Ir-responsabbiltà ewlenija tagħna hi li bil-King Jr. noffru opportunità lill-familji u lill-klijenti ż-żgħar li jqanqlu l-kreattività tagħhom ħalli nħeġġuhom jesprimu ruħhom u jemmnu fihom infushom. Dan hu li qed nagħmlu bl-esperjenzi uniċi li se noffru marbutin ma’ Spider-Man: Across The Spider-Verse. Kburin li nistgħu nagħmlu dan u li lill-klijenti tagħna mhux biss se nimlewlhom żaqqhom imma se naraw li nżidulhom l-eċitament marbut ma’ dan il-film.”

L-esperjenzi ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse se jkunu offruti fis-swieq u r-restoranti li għażlu li jipparteċipaw, sakemm jispiċċa l-istokk. Mur f’restorant ta’ Burger King ħalli tidħol fid-dinja ta’ Spider-Man: Across the Spider-Verse. Biex issib l-eqreb restorant, idħol fis-sit burgerking.com.mt, u skopri aktar dwar il-film Spider-Man: Across the Spider-Verse mis-sit http://www.acrossthespiderverse.movie/.

Burger King hi operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.

Ekonomija

Sport