Monday, October 14, 2024

Idrissa Gueye lura ma’ Everton?

Aqra wkoll

Everton qed jitkellmu maċ-champions Franċiżi Paris St Germain fit-tentattiv li jerġgħu jġibu lejn Goodison Park lil Idrissa Gueye. Dan il-player ta’ 32 sena kien diġa’ jilgħab mat-Toffees bejn l-2016 u l-2019 fejn skorja tliet goals f’99 partita. Iżda f’dik is-sena stess ingħaqad ma’ PSG fejn lagħab 74 partita magħhom. Madankollu jidher li l-player mis-Senegal mhux daqshekk kuntent fil-belt kapitali Pariġi u b’hekk reġgħet xegħlet fjamma ta’ mħabba lejn l-ex team tiegħu tant li jrid jerġa’ jingħaqad magħhom. 

Sport