Thursday, December 19, 2024

“Ieqfu staqsu lin-nisa meta se jkollhom it-tfal”

- Josianne Cutajar

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Josianne Cutajar, f’messaġġ li għaddiet għal Jum il-Mara, qalet li meta tkun mara u taqbeż it-30 sena u jarawk li bqajt mingħajr tfal jibdew jistaqsuk meta se jkollok tarbija.

Cutajar tgħid li qabel nisparaw mistoqsija bħal din hemm bżonn li nieqfu u naħsbu ftit x’impatt dik il-mistoqsija jista’ jkollha fuq mara li għaddejja minn problemi ta’ infertilità. Tgħid li hemm nisa li jkunu għaddejjin minn sfidi ta’ saħħa mentali jew saħħa fiżika, vjolenza domestika jew problemi oħrajn.

Fuq nota personali l-MEP Cutajar tgħid li ħafna nies qegħdin jagħmlulha din il-mistoqsija u “ngħid il-verità li bdiet tirritani xi ftit, l-aktar meta nipprova inpoġġi lili nnifsi fiż-żarbun ta’ mara jew koppja li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet diversi, inkluż t’infertilità.

Cutajar tgħid li l-mistoqsija dwar meta mara se jkollha t-tfal forsi wħud jagħmluha b’mod ġenwin jew inkella għax il-kultura tistenna li mara f’dan iż-żmien ikollha t-tfal, anke għax aktar tard jaf ikun diffiċli. Hi tgħid li oħrajn jistaqsu frott il-kurżità.

L-MEP tgħid li hi hi personalment m’għanda l-ebda problema li tispjega għaliex għallisa ma kellix tfal. “Li ma jkollix tfal hija b’għażla, li xogħoli u l-isfidi, anke loġistiċi, relatati, jagħmlu dan diffiċli immens,” tgħid l-Josianne Cutajar.[

Ekonomija

Sport