Sunday, December 22, 2024

Ifaqqsu 35 fekruna mit-tieni bejta fir-Ramla tal-Mixquqa

Aqra wkoll

Bdiet tfaqqas it-tieni bejta fir-Ramla tal-Mixquqa. Din il-bejta oriġinarjament instabet f’Għajn Tuffieħa iżda kellha titmexxa għar-Ramla tal-Mixquqa peress li kienet viċin wisq tal-baħar u f’riskju li tintilef.

Wara jiem ta’ attività, fis-sigħat li għaddew, il-fkieren bdew ifaqqsu. B’kollox f’dan l-ewwel lejl kienu 35 il-fekruna li għamlu triqithom lejn il-baħar. Il-bejta se tibqa’ tiġi ssorveljata matul il-jiem u l-iljieli li ġejjin sakemm tfaqqas għal kollox.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irringrazzjat lill-voluntiera kollha tan-Nature Trust – FEE Malta u lill-uffiċjali tal-ERA għall-għajnuna tagħhom matul dan il-proċess.

Ekonomija

Sport