Matul il-lejl li għadda faqqsu 68 fekruna fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.
Wildlife Rescue Team Malta tgħid li fl-aħħar jumejn ġie nnutat li kien beda l-proċess li jfaqqsu hekk kif kien hemm movimenti taħt ir-ramel. Minkejja dan ħadd ma kien qiegħed jistenna li dawn kienu se jfaqqsu mas-46 ġurnata minn meta l-fekruna biedet.
Kien fit-13 ta’ Lulju meta ġie nnutat li fekruna kienet telgħet fir-Ramla l-Ħamra u biedet ammont ta’ bajd li imbgħad permezz tal-volountieri baqgħu mgħassa lejn u nhar.
Għal jiem li ġejjin l-istess bejta se tibqa’ tiġi mgħassa, bit-tama li aktar fkieren ifaqqsu.