Riratt – DAILY MIRROR
Is-saga tar-riċevimenti marbuta mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kompliet tiżvolġi, hekk kif fl-aħħar sigħat feġġ ritratt ta’ Johnson waqt riċeviment “virtwali” f’numru 10 f’Downing Street.
Fir-ritratt, fih jidher il-Prim Ministru bi flixkun xampanja ftit ‘il bogħod minnu u żewġ kollegi b’kappell tal-Milied u ieħor bit-tinsel imdawwra ma’ għonqu. Matul l-aħħar xhur, il-kritika żdiedet mhux ftit fil-konfront tal-Prim Ministru Ingliż, hekk kif dawn l-allegati riċevimenti saru fl-eqqel ta’ lockdown fir-Renju Unit.
Fid-dawl ta’ din ir-rivelazzjoni, li hija parti minn kullana ta’ rivelazzjonijiet oħrajn, kelliema għall-Prim Ministru qalu li dan ir-riċevimenti partikolari kien wieħed “virtwali.”