Thursday, February 12, 2026

“Iffirmajna l-aqwa ftehim għaċ-Childcare b’xejn li jkopri erba’ snin u li jisboq il-kwart ta’ biljun ewro” – il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Dak li ffirmajna huwa l-aqwa ftehim għaċ-Childcare b’xejn li jkopri erba’ snin u li jisboq il-kwart ta’ biljun ewro. Waħda mill-prijoritajiet li poġġejna quddiemna meta bdejna ninnegozjaw dan il-ftehim, mhux biss bħala Ministru responsabbli, iżda wkoll bħala missier ta’ tifla li tgawdi miċ-Childcare u li nixtieqha titkellem Malti tajjeb, hu li childcarers li jitkellmu l-Malti mhux biss inżommuhom fis-settur iżda nħajru oħrajn li jagħżlu din il-karriera.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri. 

Il-Ministru Camilleri irrimarka li għalhekk, inħolqot  allowance addizzjonali ġdid ta’ €520 fis-sena biex nassiguraw li t-tfal tagħna jkunu esposti għal-lingwa Maltija minn eta żgħira.

Tenna jgħid; “Ninsab infurmat għalhekk, li din l-allowance ser tingħata lil dawk iċ-childcarers u childcare managers li għandhom tal-inqas livell A2 fil-lingwa Maltija. Minħabba li seta kien hemm min qajjem ċertu dubji qed inkun ċar ħafna li din ser jieħduha l-persuni Maltin, għax jitkellmu l-Malti”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport