Wednesday, July 24, 2024

Iffirmar ta’ Ftehim Settorjali għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni

Aqra wkoll

Ġie ffirmat il-Ftehim Settorjali għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni wara l-approvazzjoni tagħhom b’vot unanimu għan-negozjati li saru bejn it-Taqsima Forzi ta’ Dixxiplina, Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi u l-Aġenzija.

Ftehim Kollettiv li se jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni sabiex ikunu jistgħu jkomplu fil-karriera fil-post tax-xogħol tagħhom.

Is-Segretarju tat-Taqsima Theo Vella qal li jinsab sodisfatt li l-GWU innegozjat Ftehim ieħor għal dawn il-ħaddiema għall-ħames snin li ġejjin.

“Dan huwa prova oħra kemm hu importanti li l-ħaddiema jorganizzaw ruħhom fi trejd unjin tal-għażla tagħhom meta tikkunsidra minn fejn telqu dawn il-ħaddiema. Nirringrazzja lil dawk kollha involuti tal-kooperazzjoni.”

Il-Ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Forzi ta’ Dixxiplina, Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi Theo Vella, ix-shop steward Christian Testa, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kyle Mifsud u Elaine Galdes, Senior Manager, Corporate Services.

Preżenti għal dan il-Ftehim kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, il-Ministru għall-Intern,
is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, kif ukoll uffiċjali oħra tal-gvern u rappreżentanti tal-ħaddiema.

Ekonomija

Sport