Issokta l-programm ta’ attivitajiet bħala parti mis-sittax-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika bliffirmar ta’ ftehim għal tliet snin bejn il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Bank of Valletta.
Bis-saħħa tal-ftehim it-tliet entitajiet ser jaħdmu flimkien biex iwasslu fil-komunità l-edukazzjoni finanzjarja b’aċċenn fuq l-iskansar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għal kontroll u dipendenza finanzjarja li hija waħda millforom ta’ vjolenza domestika.
Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan; mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Emil Vassallo u minn Simon Azzopardi f’isem il-Bank of Valletta.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li din il-kampanja ta’ edukazzjoni finanzjarja għaliex din għandha tgħin biex tibda tonqos id-dipendenza ekonomika li spiss tkun ilkaġun ta’ vjolenza psikoloġika u forma ta’ kontroll f’relazzjonijiet abbużivi.
Hija qalet li b’dan il-ftehim qiegħdha tkompli titwettaq parti oħra mill-istrateġija kontra l-vjolenza domestika u irringrazzjat lil Bank of Valletta għall-appoġġ tiegħu f’din il-kampanja.
Is-Segretarja Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, irrimarkat kif il-Kunsilli Lokali huma leqreb awtorità lejn iċ-ċittadin u li permezz ta’ dan il-ftehim bejn il-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Abbażi talĠeneru u l-Vjolenza Domestika u l-Bank of Valletta, numru ta’ Kunsilli Lokali se jkunu qed jospitaw taħriġ minn
professjonisti fuq il-litteriżmu u l-indipendenza finanzjarja.
Is-Segretarja Parlamentari Zerafa Civelli sostniet li, “Dan l-impenn isaħħaħ lill-komunitajiet tagħna u jikkonferma li l-prevenzjoni tibda mill-livell lokali.”
Ic-Chief Personal and Wealth Officer tal-Bank of Valletta Simon Azzopardi qal li l-Bank ser jappoġġja bir-riżorsi tiegħu sessjonijiet edukattivi b’xejn għall-pubbliku biex isaħħaħ l-għarfien finanzjarju għaliex jemmen li din hija forma ta’ protezzjoni u prevenzjoni mid-dipendenza finanzjarja.

