Albion Energy Malta Limited, kumpanija proprjetà ta’ Albion Energy Limited, ġiet mogħtija liċenzja ta’ esplorazzjoni mill-Gvern Malti għal Area 2 u Area 7 li jinsabu fix-Xlokk, ‘il barra mix-xtut tal-Gżejjer Maltin. Dawn jammontaw għal madwar 18,000 kilometru kwadru.
Il-Ftehim ta’ Studju ta’ Esplorazzjoni għandu tul ta’ sentejn bil-possibbiltà li jiġi estiż b’sentejn oħra, soġġett għal programm ta’ ħidma addizzjonali. L-obbligi għall-ewwel sentejn jikkonsistu fi studji ġeoloġiċi u ġeofiżiċi fuq data eżistenti.