Sunday, November 24, 2024

Iffirmat Ftehim Kollettiv li minnu se jibbenefikaw mas-70 ħaddiem fl-Awtorità tal-Artijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-ispina ta’ kull ekonomija b’saħħitha huma l-ħaddiema. Dawk li jinvestu fil-ħaddiema jkunu qed jinvestu fil-futur tas-servizz, tal-organizzazzjoni u tal-pajjiż tagħhom”. Hekk beda biex jgħid il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industriji Silvio Schembri waqat konferenza tal-aħbarijiet dwar il-budget 2022.

Huwa tkellem dwar l-iffirmar ta’ Ftehim Kollettiv li minnu se jibbenefikaw madwar 70 ħaddiem tal-Awtorità tal-Artijiet. Huwa rringrazzja lill-General Workers’ Union u l-istess uffiċjali tal-awtorità li kellhom rwol importanti fid-diskussjonijiet li wasslu għal dan il-ftehim.

Dan il-ftehim jagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema bejn l-2019 u l-2024 fejn ser jaraw investiment akkumulattiv li jaqbeż il-€1.3 miljun f’żieda ta’ salarji. Iżda dan il-ftehim imur lil hinn mis-salarji u b’hekk dan jara li l-ħaddiema jaraw titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol biex ikomplu jiprogressaw fil-karriera tagħhom.

B’hekk, permezz ta’ dan il-ftehim kollettiv, il-ħaddiema kollha huma koperti bi ftehim kollettiv u dan hekk kif is-sena li għaddiet ġie ffirmat ftehim ieħor immirat  li jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ 144 ħaddiem ieħor.

Il-Ministru ħabbar li l-ħidma ma tiħqafx hawn u dan hekk kif għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi żviluppat programm ġdid ta’ studju biex il-ħaddiema attwali u r-reklutaġġ il-ġdid ikollhom l-opportunità li javvanzaw fl-istudji tagħhom.

Filwaqt li fakkar dwar numru ta’ miżuri mħabbra fil-budget, il-Ministru fakkar li b’investiment ta’ aktar minn €6 miljun, fil-budget mħabbar fl-aħħar ġimgħat, il-gvern kompla jwieżen lill-ħaddiema għax jemmen li l-ħiliet tal-ħaddiema huma s-sinsla tas-settur tax-xogħol.

Sport