Saturday, December 21, 2024

Iffirmat ftehim li permezz tiegħu Malta se jkollha aċċess għal prattiċi aktar sostenibbli fl-agrikoltura

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo  żar l-uffiċini ta’ CIHEAM f’Bari, l-Italja, bħala parti mill-impenn tal-ministeru biex tissaħħaħ ir relazzjoni ta’ pajjiżna fuq livell Mediterranju fejn jidħol l-iżvilupp tal-agrikoltura.  

CIHAEM, l-istitut agriekonomiku Mediterranju, jaħdem ma’ numru ta’ pajjiżi Mediterranji, inkluża Malta, sabiex jippromwovi prattiċi sostenibbli fl-agrikoltura. Pajjiżna ilu jaħdem mill-qrib ma’ dan l istitut għal 30 sena, u fl-aħħar xhur, fost l-oħrajn saret ħidma konġunta biex twaqqaf AgriHub. Dan  il-proġett illum qed jiġbor b’mod dirett u rikurrrenti informazzjoni importanti ħafna li permezz tagħha  l-bidwi u r-raħħal Malti qed jiġi megħjun jindirizza sfidi varji bħat-temp u l-impatt tal-pesti, fost l oħrajn.  

Waqt iż-żjara, il-Ministru Refalo ltaqa’ ma’ numru ta’ uffiċjali fi ħdan CIHAEM kif ukoll mad diretturi responsabbli mill-agrikoltura għar-reġjun ta’ Puglia. Flimkien iddiskutew temi importanti  filwaqt li ġie kkonsolidat ftehim li permezz tiegħu se tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-istrateġija agrikola,  l-ikel, l-għarfien dwar teknoloġiji ġodda u l-promozzjoni ta’ prattiċi sostenibbli partikolarment fl-użu  ta’ riżorsi naturali. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-awtoritajiet Maltin se jkollhom aċċess għal informazzjoni li permezz tagħha jistgħu jadottaw prattiċi agrikoli li jħallu inqas impatt fuq l-ambjent  filwaqt li jagħmlu dan is-settur aktar sostenibbli u ekonomikament vijabbli.

Ekonomija

Sport