Saturday, December 28, 2024

Iffirmat ftehim settorjal għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku li jiffurmaw parti mill-kura tas-saħħa

Aqra wkoll

Għadu kif ġie ffirmat ftehim settorjali bejn il-GWU, il-UĦM u l-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku li jiffurmaw parti mill-kura tas-saħħa.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Kendrick Bondin irringrazzja lit-tim kollu tal-ħidma tiegħu, speċjalment ir-rappreżentanti li dejjem ħadmu bla qatigħ għall-ġid tal-membri tal-GWU.

“Permezz ta’ dan il-Ftehim Kollettiv il-ħaddiema f’dan il-qasam se jingħataw aktar benefiċċji fosthom żieda fl-allowances, extra bonuses u korsijiet biex ikunu jistgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom fost oħrajn.”

Il-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva rringrazzja lit-trejd unjins li flimkien mar-rappreżenanti u l-membri ħejjew u ħadmu flimkien biex flimkien mal-Ministeru waslu għal dan il-ftehim settorjali.

Għal dan il-ftehim iffirmaw Joyce Cassar, Segretarju Permanenti – People and Standards, Joseph Chetcuti u Christine Schembri, Segretarji Permanenti – Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali – GWU, Kendrick Bondin, Segretarju Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi – GWU, Lawrence Bugeja, Assistent Segretarju – GWU, Josef Vella, Kap Eżekuttiv – UĦM, Mario Sacco – UĦM u Andreana Vella – UĦM.

Ekonomija

Sport