Ġie ffirmat memorandum of understanding bejn Malta u l-Greċja fil-qasam turistiku.
Il-ftehim ser jara l-pajjiżi msemmija jaħdmu iżjed fil-qrib favur iffaċilitar ta’ prattiċi li permezz tagħhom is-settur pubbliku u dak privat jutilizza aspetti sostenibbli f’kull aspett tal-ospitalità.
Dan il-ftehim jinkludi wkoll li Malta u l-Greċja jaqsmu b’mod frekwenti iżjed statistika, edukazzjoni vokazzjonali, politika kif ukoll ideat ta’ leġislazzjoni marbutin mas-suq turistiku.
Dan l-MoU ġie ffirmat mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru Griega responsabbli mit-Turiżmu Olga Kefalogianni.