Minn meta fil-Budget għas-sena 2022 tħabbret l-iskema fejn wieħed jiffranka t-taxxa jekk jixtri jew ibigħ proprjetà f’żona ta’ konservazzjoni urbana, magħrufa bħala UCA, kienu iffrankati iktar minn €50 miljun f’taxxi.
Dan huwa inċentiv wieħed minn diversi maħsuba biex jiddirezzjona u jgħid lin-nies jixtru proprjetajiet antiki u jirrijibailitawhom.
Kien fil-Budget għas-sena li għaddiet l-ewwel darba li tħabbret din il-miżura, bl-iskema reġgħet iġeddet fil-Budget ta’ wara.
It-taxxa jiffrankawha dawk kollha li jixtru proprjetà ta’ dan it-tip sa €750,000. L-iffrankar ta’ €50 miljun f’taxxa tal-boll fuq proprjetajiet li jinsabu f’UCA, ma jinkludux l-għotjiet li qed jingħataw lill-first time buyers li jixtru proprjetà simili.
F’Malta first-time buyer jingħata għotja ta’ €15,000 biex ikun mgħejjun jekk jagħmel għażla ta’ dan it-tip u f’Għawdex first-time buyer jingħata għotja ta’ €30,000. Din hi parti mill-isforz tal-Gvern biex jiġu riġenerati l-irħula, għalkemm mhux l-uniku wieħed.
Fil-fatt, apparti dan, dawk li għandhom dawn it-tip ta’ proprjetajiet jingħataw għotja fuq il-valur imħallas ta’ VAT sa massimu ta’ €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr.
U minn żmien għal żmien jitniedu wkoll skemi bħal dik tal-Awtorità tal-Ippjanar.
L-Awtorità tal-Ippjanar kkonfermat fl-aħħar jiem li mill-2017 sal-lum investiet ’il fuq minn €27 miljun fl-iskema Irrestawra Darek, li minnha gawdew aktar minn 3,000 sid ta’ dar f’żona urbana ta’ konservazzjoni UCA. Fl-aħħar ġimgħat ħarġet sejħa ta’ €5 miljun li nħatfet f’ħakka t’għajn.