Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 255 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 103 persuni.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 2,164.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 728 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.