Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 67 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 142 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,759.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 718 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien irrappurtat li mietet persuna waħda waqt li kienet pożittiva għall-virus.