Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 310 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 637 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 6,928.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 768 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma kienet irrappurtata l-ebda mewta relatata mal-virus.